L-istudenti tat-Thi Lakin imħeġġin jirreġistraw fl-iskejjel tal-Gvern

L-iskola se titwaqqa' biex jittellgħu appartamenti

Thi Lakin
Google Maps

Read in English.

Il-ġenituri tal-istudenti li jattendu l-iskola Thi Lakin f’Ħ’Attard, li se titwaqqa’ biex jittellgħu appartamenti, huma mħeġġin jirreġistraw lil uliedhom fl-iskejjel tal-Gvern.

Dan qalitu l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, l-uniku rimedju offrut minnha hi u twieġeb il-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, li staqsa jekk jistgħux jinstabu xi soluzzjonijiet peress li l-iskola se tagħlaq. Hu ssuġġerixxa li l-iskola tiġi rilokata.

Il-Ministru ma indirizzatx din il-proposta, imma qalet li l-Ministeru qed iżomm kuntatt mal-familji affettwati biex jgħinhom kif jista’.

PA Geoserver

L-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni għal żvilupp f’dan is-sit fid-19 t’Ottubru, mingħand David Psaila, li hu l-applikant u anke l-perit tal-proġett propost.

Skont dak propost f’din l-applikazzjoni, li għadha qed tiġi assessjata, l-iskola se tinqered biex jittellgħu tliet blokok t’appartamenti b’24 appartament, erba’ maisonettes, 39 garaxx u ħanut tal-ħwejjeġ.