“L-istudenti tas-saħħa għandhom jieħdu l-vaċċin mal-ħaddiema tas-saħħa” – MHSA

tilqima vaċċin covid19
DOI

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tas-Saħħa qiegħda tappella biex l-istudenti tas-saħħa, li qegħdin jaħdmu fl-isptarijiet minħabba l-pandemija, jingħataw il-vaċċin minn tal-ewwel, flimkien mal-ħaddiema tas-saħħa, għax dawn qegħdin fl-istess periklu.

L-MHSA, għaqda universitarja, ħarġet stqarrija li fiha qalet li l-istudenti tas-saħħa ilhom jaħdmu bla waqfien mill-bidu tal-pandemija, imma għadhom ma rċivewx tweġiba mill-awtoritajiet tas-saħħa u mill-Ministeru tas-Saħħa dwar meta se jingħataw it-tilqima tal-vaċċin kontra l-coronavirus.

L-għaqda saħqet li l-istudenti fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa qegħdin jaħdmu fiċ-ċentri tat-testijiet għall-coronavirus, fl-isptarijiet mal-pazjenti bil-coronavirus, u wħud minnhom spiċċa qabadhom il-virus ukoll. Apparti hekk, l-istudenti kellhom jitilqu mid-djar tagħhom sabiex ma jkunux ta’ periklu għall-familji tagħhom.

Issoktat tgħid li jekk dawn l-istudenti ma jingħatawx il-vaċċin, tkun xi ħaġa tal-mistħija, speċjalment meta dawn l-istudenti kienu essenzjali fil-ġlieda kontra l-virus. “Infakkrukom li l-istudenti tal-lum huma l-professjonisti tas-saħħa t’għada,” temmet tgħid l-MHSA.

𝐒𝐓𝐀𝐓𝐄𝐌𝐄𝐍𝐓 𝐑𝐄𝐆𝐀𝐑𝐃𝐈𝐍𝐆 𝐂𝐎𝐕𝐈𝐃-𝟏𝟗 𝐕𝐀𝐂𝐂𝐈𝐍𝐀𝐓𝐈𝐎𝐍𝐒 𝐅𝐎𝐑 𝐅𝐀𝐂𝐔𝐋𝐓𝐘 𝐎𝐅 𝐇𝐄𝐀𝐋𝐓𝐇 𝐒𝐂𝐈𝐄𝐍𝐂𝐄𝐒 𝐒𝐓𝐔𝐃𝐄𝐍𝐓𝐒.The Malta Health Students’…

Posted by MHSA – Malta Health Students' Association on Sunday, January 10, 2021

Taqbel li l-istudenti għandhom jieħdu l-vaċċin minn tal-ewwel?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt