L-istudenti tar-Rabat b’ġurnata fuq l-awtiżmu

L-istudenti tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex ipparteċipaw f’attività li qajmet aktar għarfien dwar l-awtiżmu.
Dan hekk kif il-Kunsill tal-Istudenti ressaq proposta biex l-iskola tiddedika ġurnata ffukata fuq l-isfidi li ġġib magħha din il-kundizzjoni u l-inklużjoni fl-attivitajiet skolastiċi.
Preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà Justyne Caruana, flimkien mal-istudenti, l-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola.
Ritratti: MFSS_PS