5 minuti iktar għall-eżamijiet tal-Matsec

Il-Bord tal-MATSEC qal li se jkun qed jintroduċi ħames minuti allokati għall-qari qabel kull eżami fl-Università ta’ Malta. Din il-prattika se tibda minn Mejju 2016 u se tkun introdotta ukoll għall-eżamijiet tal-Matrikola u tal-edukazzjoni Sekondarja.
Din l-inizjattiva kienet introdotta s-sena li għaddiet fl-Universita ta’ Malta wara li l-SDM fil-KSU pproponew din is-sistema lill-amministrazzjoni tal-Università.
Din kienet ukoll estiża għall-eżamijiet fil-Junior College.
Dawn il-ħames minuti qed jingħataw lill-istudenti biex ikunu jistgħu jaqraw il-karta tal-eżami qabel ma jibdew jiktbu.
Il-MATSEC saħqet li m’għandu jkun hemm l-ebda kitba waqt dawn il-ħames minuti u azzjoni dixxiplinarja tittieħed kontra dawk l-istudenti li ma jobdux dawn ir-regoli.