L-istudenti tal-Università jaf jingħataw estensjoni għat-teżi – UM

L-istudenti tal-Università jaf jingħataw estensjoni tad-data ta’ meta jridu jisottomettu t-teżijiet tagħhom, skont kelliem għall-Univeristà ta’ Malta.

Newsbook.com.mt staqsa lill-Università jekk hux se jkunu estiżi d-dati għas-sottomissjonijiet tat-teżijiet tal-istudenti tal-baċċellerat, master’s degree, u PhD.

“L-istudenti ġew mgħarfa li jistgħu jissottomettu t-teżijiet tagħhom b’mod elettroniku permess tal-VLE u dan sabiex kemm jista’ jkun, il-proċess tal-ikorreġar tal-istess teżijiet jimxi b’ritmu normali,” qal kelliem għall-Università. Żied jgħid li madanakollu, is-Senat informa lill-Fakultajiet, Istituti, Ċentri u Skejjel, li jistgħu jikkunsidraw “li jestendu d-deadline ta’ meta l-istudenti huma mistennija li jissottomettu t-teżijiet tagħhom.”   

Aktar informazzjoni relevanti għall-istudenti universitarji tista’ tinkiseb minn https://www.um.edu.mt/services/coronavirus.

L-iskejjel kollha se jibqgħu magħluqin sal-aħħar ta’ Ġunju, skont deċiżjoni li ħa l-Gvern fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.