L-istudenti tal-lum huma x-xjenzati ta’ għada – Leo Brincat

Meta ltaqa’ mal-istudenti li rebħu l-Malta Student Science Forum tal-NSTF, il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li l-isponsorship għal din l-inizjattiva huwa l-aktar mod prattiku kif il-Ministeru qed jagħti xhieda tal-impenn tal-Gvern u sinjal li l-istudenti tal-lum sejrin ikunu x-xjenzati u l-ambjentalisti ta’ għada.
Dawn l-istudenti ppreżentaw lill-Ministru b’rapport dwar l-esperjenza tagħhom wara li pparteċipaw fil-25 edizzjoni tal-International Wildlife Research Week fl-Iżvizzera.
Leo Brincat tenna li bl-entużjażmu Malta timxi ‘l quddiem iżda sabiex ikun jista’ jilqa’ għall-isfidi tal-ġejjieni, il-pajjiż għandu bżonn urġenti ta’ persuni mħarrġa f’diversi oqsma fosthom dak ambjentali. 

Ritratt: DOI – Clifton Fenech