L-istudenti tal-Kriminoloġija jżuru l-Parlament

Grupp ta’ studenti li qed jistudjaw il-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta għamlu żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-Parlament ta’ Malta.
L-Ispeaker kellimhom fost l-oħrajn dwar il-funzjonijiet u l-proċess leġiżlattiv tal-Parlament, kif ukoll dwar il-ħtieġa tax-xogħol li jsir mill-membri parlamentari li jiskrutinizzaw il-Gvern għall-ġid komuni.
Huwa tkellem ukoll dwar il-parteċipazzjoni attiva tal-membri parlamentari f’fora parlamentari barra mill-pajjiż.
L-Ispeaker temm jawgura lill-istudenti li għadhom fl-ewwel sena tal-istudju tagħhom kull suċċess.
Il-lecturer tal-Kriminoloġija, id-Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija, Dr Antoine Casha, akkumpanja lill-istudenti waqt iż-żjara.
Ritratt: Clodagh Farrugia O'Neill