L-istudenti qed jintużaw bħal pedini f’logħba ċess – KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU qal li l-istudenti qed jintużaw bħal pedini ta’ logħba ċess b’kawża tal-azzjoni industrijali li qed isegwu l-Universita’ u l-Junior Collage.
Il-KSU qalet li minħabba din il-kwistjoni, l-istudenti qed jiġu mċaħħdu mid-dritt tagħhom għal riżultati tal-eżamijiet.
Fi stqarrija, il-KSU qal li din hija sitwazzjoni inkwetanti kemm għall-istudenti u anke l-familjari.
Saħqet li din is-sitwazzjoni qed twassal għal dewmien fil-proċess għall-applikazzjonijiet għal programmi bħall-Erasmus kif ukoll dawk li għandhom bżonn iħejju ruħhom għal xi resit.