L-istudenti mħassbin dwar kif se jaslu l-Università

Wara li l-Gvern ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla l-maġġoranza tat-toroq arterjali se jingħalqu għall-Valletta Summit, studenti universitarji qed juru tħassib serju għal kif se jaslu l-Università għal-lectures fil-ħin.
Fi stqarrija l-Istudenti Demokristjani Maltin (l-SDM) sostnew li bil-maġġoranza tat-toroq ewlenin magħluqin, se tkun diffiċli ħafna biex wieħed jasal ix-xogħol u l-università.
Saħqu li dan se joħloq sfida mhux neċessarja għall-istudenti biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-edukazzjoni.
Fi stqarrija l-SDM qalet li hi kkuntattjat lill-awtoritajiet tat-trasport għal kjarifikazzjoni dwar kif is-sistema tat-trasport pubbliku se jkun qed jopera, iżda jidher li ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar dan.