L-istudenti Maltin l-iktar li pparteċipaw fl-Erasmus+

Waqt is-sena akkademika 2012/2013, 40% tal-istudenti Maltin applikaw u ħadu sehem fl-Erasmus+.
Fil-fatt, Malta kellha l-ikbar persentaġġ ta’ parteċipazzjoni ta’ studenti, meta mqabbel mal-popolazzjoni, f’din l-iskema tal-Unjoni Ewropea.
L-akbar numru ta’ studenti waslu minn Spanja, Franza u l-Ġermanja.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li matul is-sena li għaddiet madwar 270,000 student ipparteċipaw fil-programm Erasmus+ 2012/2013.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni Androulla Vassiliou ikkummentat fuq il-popolarità tal-Erasmus kif mill-1987 sal-lum kienu aktar minn 3 miljuni l-istudenti li bbenefikaw minn din l-iskema u setgħu jistudjaw f’pajjiż Ewropew ieħor.
Matul is-sena li għaddiet, permezz tal-Erasmus+, 52,000 għalliem f’livell Universitarju irċevew grants.
Wieħed minn kull ħames studenti li ħadu sehem fl-Erasmus+ sabu opportunità ta’ xogħol.
Il-Kummissjoni Ewropea allokat €15-il biljun għall-Erasmus+, li hija miftuħa għat-28 pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Iżlanda, l-Iżvizzera, in-Norveġja, Liechtenstein u t-Turkija.