L-istudenti kontra reati ta’ mibegħda

Fl-isfond ta’ diversi reati ta’ mibegħda li saru f’dawn l-aħħar snin l-organizzazzjonijiet Malta Student Psychology Forum (MSPF) magħmula minn National Student Travel Foundation (NSTF) u l-Għaqda tal-Istudenti tal-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta (BetaPsi) iltaqgħu flimkien sabiex janalizzawhom.
B’referenza għal studji psikoloġiċi, l-istudenti ppreżentaw il-motivi l-aktar komuni għal reati ta’ mibegħda u żvelaw l-effetti psikoloġiċi profondi fuq il-vittmi.
Sara Ezabe, attivista tal-Inklużjoni Soċjali, tkellmet dwar l-importanza li tiddistingwi bejn reati ta’ mibegħda u l-libertà tal-kelma.
Saħqet dwar il-problema u l-importanza li tiddiskuti dan is-suġġett minn perspettiva psikoloġika.
L-istudenti enfasizzaw li l-inċident ta’ Daboma Jack li seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, juru li kien vittma ta’ reat ta’ mibegħda, meta mara Maltija allegatament għaddiet kummenti razzisti u beżqet f’wiċċu waqt li kien jistenna tal-linja fil-venda tal-Belt Valletta.
Matul id-diskussjoni l-istudenti tkellmu dwar x’jista’ jsir biex jitwaqqfu reati ta’ kriminalità.
Is-Segretarju Ġenerali tal-NSTF, Francis Stivala, qal li reati kriminali rriflettew in-nuqqas ta’ valuri.
Żied jgħid li r-reati kriminali huma l-antiteżi tal-valuri mħaddna mill-istudenti universitarji li waqqfu l-NSTF sabiex jinkoraġġixxu studenti biex iwessgħu l-orizzonti ’l barra mill-kamra tat-tagħlim u lil hinn mill-edukazzjoni formali.