L-istudenti jirċievu r-riżultati f’Santa Marija

Ir-riżultati kollha tal-eżamijiet tal-istudenti tal-Università għadhom ma ġewx ippublikati kollha.
Kelliema tal-Kunsill Studenti Universitarji qalu ma’ Newsbook.com.mt li sal-aħħar ta’ Lulju, kellhom jiddaħħlu r-riżultati kollha fis-sistema, filwaqt li jiġu ppublikati ġimagħtejn wara.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li studenti tal-Fakultà tax-Xjenza Biomedika kif ukoll tal-Fakultà tal-Edukazzjoni għadhom qed jistennew ir-riżultati.
Ix-xahar li għadda, il-Gvern iltaqa’ mal-Unjin tal-Għalliema u l-Assoċjazzjoni tal-Istaff Akkademiku tal-Università ta’ Malta biex jiddiskutu d-direttivi.
Aktar minn 2,600 student iffirma petizzjoni biex jiġu ppubblikati r-riżultati. L-istudenti kienu rċivew imejl biex japplikaw għall-istudy units għas-sena akkademika li tibda f’Ottubru, minkejja li kienu għadhom ma rċevewx ir-riżultati.