L-istudenti Għawdxin favur il-fast ferry u l-mina

L-għaqda tal-istudenti universitarji Għawdxin il-GUG qalet li l-proġetti tal-fast ferry u tal-mina bejn Malta u Għawdex huma pożittivi, iżda fakkret kif fil-passat, pjanijiet għal mina baqgħu fuq l-ixkaffa.
Waqt żjara tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fuq l-istand tal-GUG waqt attività fl-Università ta’ Malta, hija qalet li mistennija jintlaħaq ftehim dwar is-servizz tal-fast ferry sal-aħħar tax-xahar, hekk kif it-tender mistenni jagħlaq fis-26 t'April.
Min-naħa tagħhom, l-istudenti qalu li jittamaw li l-proġett tal-Fast Ferry għall-Għawdxin jitwettaq mill-aktar fis, u li ma jkunx hemm apatija biex dan jitwettaq.
Dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, 
Ritratt: GUG – Facebook