L-istudenti fl-Università jemmnu li hemm bżonn ta’ aktar integrazzjoni tal-immigranti

Il-maġġoranza tal-istudenti tal-Università ta’ Malta, madwar 74% jaħsbu li hemm bżonn ta’ iktar integrazzjoni ta’ immigranti fis-soċjetà Maltija.
Dan ħareġ minn riżultat ta’ stħarriġ li għamel il-Kunsill Studenti Universitarji dwar is-sitwazzjoni tal-immigranti rregolari f’Malta. L-istudju sar wara l-istqarrija li kien ħareġ il-Gvern dwar li jintbagħtu lura numru ta’ immigranti li qed ifittxu l-ażil.

L-istudju sar ma' 400 student bi kważi 80% minnhom jemmnu li għadu jeżisti r-razziżmu f’Malta u li tibdil fis-sistem edukattiva tgħin biex dan jonqos. L-istħarriġ juri li mas-60% tal-istudentài ma jsibux problema jekk ikollhom immigranti ġarha tagħhom. Fi stqarrija, il-KSU innutat l-importanza li ikun hemm distinzjoni fit-terminoloġija f’dan is-suġġett, li ssir differenza bejn immigrant, xi ħadd li qed ifittex l-ażil u refuġjat.

Il-Kunsill tal-Universita’ jappella lil Gvern biex jassigura d-dinjità tall-immigranti kollha.