L-Istrina 2 hija żejda – Bjorn Formosa

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

Read in English.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook, Bjorn Formosa appella lill-President ta’ Malta George Vella biex jipposponi l-inizjattiva  bl-isem ta’ ”Għinuna Ngħinukom“ li se ssir il-Ħadd 20 ta’ Settembru għax Istrina waħda f’Diċembru biżżejjed.

Formosa qal li “aħna se nibqgħu niġġieldu din il-battalja! When they go low, we go high”. L-ALS Malta mmexxija mill-istess Formosa se jorganizzaw inizjattiva ta’ ġbir ġimgħa wara, jiġifieri fis-27 ta’ Settembru biex tinbena t-tieni Dar Bjorn.

Huwa appella ukoll biex il-PBS ixandar din l-inizjattiva.

Ahna ser nibqghu niggieldu!

Ahna ser nibqghu niggieldu dil-battalja! Nhar Il-Hadd, 27 ta ' Settembru, nifthu DAR Bjorn il-gdida! When they go low, we go high! Please let us broadcast on TVM, an appeal to the Maltese Broadcasting Station. Dear Mr. President, please postpone your second fundraising date of Istrina 2. One Istrina in December is enough! Help us open a Newer & Bigger DAR Bjorn! Call on 51002017 – € 20 or SMS Donate 50618936 – € 6.99 www.darbjorn.com www.alsmalta.org

Posted by Bjorn Formosa on Saturday, August 29, 2020