“L-istress tal-pandemija b’impatt fuq il-produttività” – il-Kamra tal-Kummerċ

Miguela Xuereb

Read in English.

71% ta’ dawk li attendew għall-webinar tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ qalu li l-istress ikkawżat mill-pandemija tal-Covid-19 qed iwassal biex miniħaddem jinnota inqas produttività.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ żiedet tgħid li 19% oħra marru oltre u qalu li telf fil-produzzjoni filwaqt li 10% biss qalu li ma kellhom l-ebda effett bil-pandemija.

Fl-introduzzjoni tiegħu, il-President tal-Kamra il-Perit David Xuereb qal li huwa evidenti li l-waqfien min-normalità wassal biex ikun hemm impatt enormi fuq in-negozji. Il-President Xuereb spjega li l-Kamra tal-Kummerċ qed tassisti lil dawn in-negozji billi toffrilhom għarfien u l-għodod biex ikunu jistgħu jadattaw l-ambjent li fihom jaħdmu biex jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tal-ħaddiema.

Saħaq li l-effetti tal-pandemija qed jimmotivaw lin-negozji biex ifasslu pjan biex ikomplu bil-ħidma tagħhom bir-restrizzjonijiet li ġew imposta fuqhom. Semma l-isfida tal-likwidità li qed taffettwa lin-negozji kif ukoll li għadd ta’ negozji kellhom ikeċċu l-ħaddiema li kienu ilhom is-snin jaħdmu magħhom. Saħaq li uħud minn dawn il-ħaddiema kienu saħansitra saru qishom familja tant kemm kien ilhom jaħdmu magħhom.

Fil-Webinar tkellmu wkoll il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Psikjatra Dr Anton Grech u l-Kam Eżekuttiv tas-Servizzi tas-Saħħa Dr Stephanie Xuereb.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn