L-Istrateġija għall-Isport għal wara s-sajf

L-istrateġija dwar l-isport mistennija tiġi ppubblikata għall-konsultazzjoni pubblika wara s-sajf.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Evarist Bartolo qal li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius, iltaqa’ ma’ grupp ta’ sportivi, akkademiċi u amministraturi li qed jaħdmu fuq din l-istrateġija.
Dawn huma: Andrew Decelis, Alan Grima, Alessandra Pace, Angolino Sciberras, Anna Calleja, Charlene Attard, Charmaine Gauci, Chris Bonnett, Christopher Camilleri, Cyprian Dalli, Deo Scerri, George Fenech, Ivan Riolo, Joe Cassar, Maria Mifsud, Mario Bonello, Mark Cutajar, Martin Sacco, Nathan Farrugia, Paul Debono, Paul Sultana, Stephen Cachia u Xandru Grech.
Grupp ta’ professjonisti simili li ssemma’ mill-Gvern fi stqarrija għall-istampa f’Marzu li għadda, ġie xolt.