L-istrajk tal-BA se jaffettwa ħamest ijiem ta’ titjiriet

Il-linja Ingliża British Airways qalet li azzjonijiet industrijali x-xahar d-dieħel mistennija jħarbtu tal-inqas ħamest ijiem tal-iskeda tagħhom.

Il-bdoti tal-British Airways ħabbru tlett ijiem strajk – fid-9, 10 u 27 ta’ Settembru minħabba diżgwid fuq il-paga.

Apparti dan, xi passiġġieri ntalbu jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom li kienu skedati għat-8 u t-12 ta’ Settembru, wara li l-kumpanija talbithom jikkanċellaw il-booking biex jieħdu l-flus lura.

Passiġġieri oħra qed jgħidu li rċevew notifikazzjoni bl-imejl mingħand il-British Airways bi żball.