​L-istorja tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fi ktieb għat-tfal

F’April li ġej se jiġi ppubblikat ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.
Il-ktieb L-Istorja tal-Papa Ġwanni Pawlu II għandu kitba ta’ Frank Zammit u ġie addattat għat-tfal minn Rita Saliba.
Se jkun fih 100 paġna b’45 illustrazzjoni oriġinali tal-artist David Schembri.
Il-ktieb se jinkludi t-twelid, il-ġrajjiet, l-esperjenzi, il-fidi u l-mirakli tal-Papa Ġwanni Pawlu II, kif ukoll rakkonti minn Isqfijiet u Kardinali li ħadmu qrib il-Papa Qaddis.
Kull min jordna dan  il-ktieb qabel il-pubblikazzjoni se jħallas €8.
Aktar informazzjoni dwar il-ktieb tista’ tinkiseb minn www.kitegroup.com.mt