L-istorja ta’ Harry u Meghan illum fuq it-TV

Ritratt: AENETWORKS

Harry u Meghan qed iqajjmu ħafna diskussjoni f’dawn il-ġranet u proprju llum wara nofsinhar l-istazzjon Taljan Italia Uno se jkun qed ixandar film li nħadem fl-2018 u li jwassal il-bidu tal-istorja tagħhom.

Harry & Meghan: A Royal Romance nħadem fl-2018 u se jixxandar fis-2.15pm fuq Italia Uno. Għandu direzzjoni ta’ Menjah Huda bl-atturi Murray Fraser bħala Harry u Parisa Fitz-Henley bħala Meghan Markle. Jidhru wkoll Burgess Abernethy bħala l-Prinċep William, Laura Mitchell bħala Kate Middleton, Bonnie Soper bħala l-Prinċipessa Diana, Steve Coulter bħala l-Prinċep Karlu u Deborah Ramsey bħala Camilla Parker Bowles.

Il-film juri kif il-Prinċep Harry u l-attriċi Meghan Markle bdew jiltaqgħu wara li sħabhom kienu rranġawlhom biex joħorġu flimkien. Huma ppruvaw iżommu sigrieta din ir-relazzjoni li però spiċċat tingħata attenzjoni mill-midja hekk kif saret pubblika.

Il-film jiffokka wkoll fuq sitwazzjonijiet ta’ meta l-protagonisti kienu għadhom żgħar.

Ritratt: AENETWORKS

Filwaqt li l-film se jkun qed jixxandar illum fuq Italia Uno, nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar se jkollu repetizzjoni fuq l-istazzjon La 5 fil-5.30pm. Aktar tard dakinhar fuq l-istess stazzjon fil-11.30pm jixxandar il-programm Harry & Meghan – The Royal Saga li jiġi ripetut is-Sibt 25 ta’ Jannar fuq La 5 fl-4pm.