“L-istorja ta’ Chantelle tkexkixna għax stajna konna aħna” – Corazón

Ħafna huma dawk li llum qamu jitkellmu dwar il-mewt tal-omm żagħżugħa Chantelle Chetcuti, li mietet wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina u ssiltet għal-ħajjitha.

Fost dawk li esprimew it-tħassib tagħhom dalgħodu kien hemm il-kantawtriċi Corazón Mizzi li ddeskriviet din l-istorja bħala falliment ta’ soċjetà li ppermettiet li dan ir-raġel jaħseb li lil hinn minnu, din il-mara m’għandhiex dritt tgħix, anżi, li jistħoqqilha denegrazzjoni bħal dik!

Corazón żiedet tgħid li “Hija l-falliment ta’ soċjetà li ppermettiet li dil-mara tibqa’ marsusa ma’ dan il-bniedem minkejja l-abbuż: li tiġi ppremjata b’dan il-mod meta jirnexxilha tinħall mill-abbuż.”

Corazón Mizzi, li hija magħrufa sew għal mod kif tindirizza problemi soċjali permezz tal-kitbiet tagħha fil-kanzunetti qalet li “l-istorja ta’ Charmaine għandha l-għeruq fil-ħamrija li għadna ma qallibniex: fit-tagħlim u l-messaġġi kontinwi li nirċievu aħna n-nisa li għandna nbaxxu rasna u naqdu l-irwol uniku tagħna: li ma nissuperawx lir-raġel u li nidhru attraenti.”

Hija temmet tgħid li l-istorja ta’ Charmaine tkexkixna għax stajna konna aħna, u setgħet kienet bintek.

“Għadha tista’ tkun bintek. Għada tista’ tkun bintek.”

Kliem tassew ta’ min joqgħod fuqu u nieħdu l-opprotunita li nfakkru li teżisti wkoll l-għajnuna u tajjeb ukoll li wieħed jieħu nota tan-numri fejn min għandu bżonn jitkellem jista’ wkoll ifittex l-għajnuna.

Dawn huma

Emerġenza – 112

Supportline – 179

Email: childwebalert@gov.mt