L-istorja se tirrikonoxxi l-kontribut ta’ Muscat – Tonna Nexia BT

Read in English.

F’dawn l-aħħar sigħat, id-direttur maniġerjali ta’ Nexia BT Brian Tonna ikkumenta għall-ewwel darba fuq is-sitwazzjoni politika preżenti fejn ħareġ jagħmel eloġju fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Hu stqarr li “qatt f’Malta ma kien hawn statista u mexxej li ġab l-għira ta’ dawk li kellhom pretensjonijiet fallimentari.”

 Tonna qal li l-istorja se tirrikonoxxi  l-kontribut li Muscat ta lill-pajjiz. “Int l-aħjar li kien hawn u li qatt se jkun hawn.”

Hu għamel dan il-kumment taħt post li ħareġ l-ex segretarju ġenerali tal-GWU Tony Zarb .

Brian Tonna ta struzzjonijiet biex jinfetħu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama f’isem l-ex Ministru Konrad Mizzi, l-ex ċhief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u f’isem it-tielet persuna li sa issa għad mhix magħrufa.

Kien fl-14 ta’ Marzu 2013, jiġifieri ħamest ijiem wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni, li ntbgħatet e-mail mingħand Karl Cini lil Mossack Fonseca fil-Panama li fiha kiteb: “meta tkun tista’, jekk jogħġbok, ibgħatli dettalji biex titwaqqaf kumpanija fil-Panama, u possibilment ‘trust’”.