“L-istonku tad-diżerta” huwa fatt xjentifiku?

Għaliex wara ikla kbira xorta jibqagħlek post għad-diżerta?

Għal ħafna minna tħossok se tinfaqa’ wara ikla kbira imma b’xi mod issib spazju għad-diżerta. Issa nstab li “l-istonku tad-diżerta” huwa fatt xjentifiku. Fi kliem sempliċi, dan ifisser li iktar ma tiekol minn xi ħaġa, inqas togħġbok u tagħtik l-impressjoni li int mimli. Iżda aktar ma tiekol minn xi ħaġa aktar tibda ma togħġbokx u jkun għalhekk li l-ġisem jgħidlek li inti ‘mimli’ biex ma tkomplix tiekol.

Barbara Rolls, professur tax-xjenzi nutrizzjonali fl-Università Penn State fl-Istati Uniti, li ilha tirriċerka dan il-qasam għal 40 sena, qalet li “Allura, waqt li tista’ titlef l-aptit tiegħek għal dak l-ikel, ikel differenti xorta se jkun attraenti. Huwa għalhekk li dejjem għandek lok għal deżerta.”

Rolls uriet li l-ikel ma jsirx inqas fit-togħma hekk kif tkompli tiekol minnu iżda madankollu tħoss li jappella inqas. Dan jinkoraġġina biex nippruvaw xi ħaġa differenti.

Huwa għalhekk li dejjem insibu spazju għad-diżerta … avolja nħossu żaqqna se tisplodi! In-natura għamlitna hekk.