L-istituzzjonijiet finanzjarji jafdawna – Il-Gvern

Il-Gvern ħabbar li l-istituzzjonijiet finanzjarji taw vot qawwi ta’ fiduċja lill-Gvern wara li għat-tieni darba offrew aktar mid-doppju mitlub għall-offerta tal-istock tal-Gven.

Ilbieraħ, it-Teżor ħareġ offerta għal €200 miljun stock tal-Gvern. Il-Gvern qal li l-istituzzjonijiet finanzjarji offer €494 miljun. Dan ifisser li offrew aktar mid-doppju mitlub.

Similarment, fit-3 ta’ April, għal offerta ta’ €200 miljun stock tal-Gvern, l-istituzzjonijiet finanzjarji offrew €404 miljun.

Il-Gvern sostna li f’xahar fejn inħasset l-effett tal-panemija l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu lesti li jinvestu kważi €900 miljun f’assi finanzjarji maħruġa mill-Gvern. Qal li f’inqas minn xahar, il-Gvern irnexxielu jsib il-finanzjament ekwivalenti għal kważi 9 xhur spiża fuq il-benefiċċji amministrati mill-Malta Enterprise u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tkun sostnuna l-ekonomija tal-pajjiż.

Il-Gvern qal li flimkien mar-riżorsi l-oħra tal-Gverb, inkluż l-assi tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, il-flus se jservu biex jiġu salvagwardjati għexieren ta’ impjigi.

Intant, it-Teżor spjega kif sa nofsinhar ilbieraħ, irċieva total ta’ 102 offerti, bil-valur totali jirdoppja dak mitlub. It-Teżor spjega li l-fondi totali li ġew aċċettati jilħqu t-€300 miljun skont it-tabella t’hawn taħt.
  

  AUCTION
  Bids Received Allotment
  Nominal  (€) Nominal (€)
0.30% MALTA GOVERNMENT STOCK 2024 (IV) 241,700,000 170,000,000
     
0.40% MALTA GOVERNMENT STOCK 2026 (II) F.I. 209,400,00087,200,000
1.00% MALTA GOVERNMENT STOCK 2031 (II) F.I.42,800,000 42,800,000