L-Istitut tal-ġurnalisti jitlob lill-Pulizija tinvestiga t-theddid tal-kaċċaturi

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ħeġġeġ lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga t-theddid li sar fuq għadd ta’ ġurnalisti u camerapersons waqt li lbieraħ kienu l-Qorti jsegwu l-każ tal-kaċċaturi wara l-protesta tal-Ħadd li għadda.
Ilbieraħ numru ta’ ġurnalisti ġew mhedda u attakkati bi vjolenza tant li kellhom jiġu eskortati mill-Pulizija.
Il-Ħadd li għadda waqt il-protesta, il-kaċċaturi weġġgħu ġurnalist u żewġ fotografi.
Dan barra li waddbu ġebel lill-grupp ta’ birdwathchers li kienu għassa fil-Buskett.
Fi stqarrija l-istitut ħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jipproteġu lill-membri tal-midja. Talab ukoll lill-ġurnalisti biex jirrapurtaw kull każ ta’ theddid li sar jew isir fil-konfront tagħhom.