L-Istitut Forensiku Olandiż f’kollaborazzjoni dwar l-operat tal-laboratorji forensiċi

Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali u l-Istitut Forensiku Olandiż bdew taħdidiet għal koperazzjoni fil-qasam forensiku.
Dan wara d-deċiżjoni li jiġi stabbilit laboratorju ta’ eċċellenza fid-DNA u t-tossikoloġija fil-Malta Life Sciences Centre.
Iż-żewġ naħat ddiskutew l-aħjar triq ‘il quddiem biex identifikati oqsma ta’ koperazzjoni bil-għan li jiġu indirizzati rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni u taħriġ kif ukoll bdil ta’ għarfien fl-investigazzjonijiet kriminali.
L-Istitut Forensiku Olandiż, li huwa bbażat f’The Hague, huwa wieħed mil-labortorji ewlenin fid-dinja u bosta pajjiżi jfittxu l-għajnuna, pariri u taħriġ ta’ dan l-istitut.
Din il-kollaborazzjoni għandha tikseb eċċellenza, trasparenza, indipendenza u akkreditazzjoni skont l-istandards Ewropej.

Ritratt: MSDC