L-istilla ta’ United jgħin tifel bil-kanċer

L-istilla ta’ Manchester United, Nemanja Matic inkixef li kien il-persuna wara donazzjoni ta’ £63,000 sterlina lil familja ta’ tifel t’erba’ snin li hu marid bil-kanċer.

It-tifel jinsab f’Barċellona fejn se jkun qed jinbdielu trattament apposta għall-marda li għandu. Għal din il-kawża, n-nies tal-lokal fejn kien jgħix Matic, ġewwa s-Serbja għamlu kampanja sħiħa biex jiġbru l-flus. Issa sar magħruf li Matic għamel donazzjoni ta’ £63,000 sterlina biex jgħinu.

Huwa xtaq li jibqa’ anonimu iżda missier it-tifel insista li jikxef min kien li għen lil ibnu. Matic hu magħruf li jgħin lill-komunità ta’ fejn twieled, komunità ta’ 1500 persuna.