​L-istess paga għall-istess xogħol fil-pajjiż tal-UE fejn tmur taħdem

Ħaddiema Ewropej li jintbagħtu jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea se jibdew jieħdu l-l-istess paga għall-istess xogħol fil-pajjiż fejn ikunu qed jaħdmu b’mod temporanju.
Dan qed isir permezz ta’ ftehim proviżorju li ntlaħaq bejn il-Membri Parlamentari Ewropej u l-Ministri tal-UE.
Dan ifisser ukoll li se tibda tapplika l-paga u l-kundizzjonijiet tal-pajjiż fejn ikun intbagħat l-impjegat, u dan japplika sakemm il-perijodu ta’ xogħol ma jaqbiżx is-sena, bil-possibiltà li jiġġedded għal darba waħda biss għal 6 xhur oħra.
L-istess regolamenti ġodda jispeċifikaw li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għandhom jitħallsu minn min iħaddem u mhux jitnaqqsu mill-paga tal-ħaddiem. Min iħaddem irid ukoll jassigura li l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni jkunu xierqa u diċenti skont regoli nazzjonali.
L-istati membri tal-UE għandhom perijodu ta’ sentejn biex idaħħlu dawn ir-regolamenti fil-liġijiet rispettivi tagħhom.
Fl-2016, kien hemm 2.3 miljun impjegat li ntbagħtu jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE fuq bażi temporanja.