L-istennija għall-operazzjoni tal-katarretti tinżel għal 4 xhur

Iż-żmien tal-istennija għall-operazzjoni tal-katarretti f’Mater Dei niżel minn tliet snin f’amministrazzjoni Nazzjonalista għal 4 xhur taħt dik Laburista.
Dan ikkonfermah il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, meta mistoqsi dwar il-lista ta’ stennija fl-isptar mill-2013 ’il quddiem mill-Membru Parlamentari Laburista Silvio Grixti.
Fearne kompla jgħid li fl-2013 kien hemm 3,580 pazjent jistennew l-operazzjoni, u issa hemm 1,018.
Il-Ministru qal ukoll li fl-2013 kien hemm 1,733 persuna tistenna operazzjoni fl-irkoppa, u sal-aħħar ta’ Mejju ta’ dis-sena kien hemm 878.
Dwwar operazzjonijiet fil-ġenbejn, kien hemm 334 pazjent jistenna fl-2012, filwaqt li issa hemm 196.
Fearne temm iwieġeb li matul l-2017 kien hemm l-inqas lista u żmien ta’ stennija matul dawn l-aħħar snin għal dawn l-aħħar żewġ tipi ta’ operazzjonijiet.