L-istejjer ta’ nisa maqtula jidwu fil-Belt Valletta

Facebook / Men Against Violence

L-istejjer bi tmiem krudili tan-nisa Maltin, fosthom Yvette Gajda, Margaret Mifsud, Meryem Bugeja, Silvana MuscatCaroline Magri, Eleanor Mangion, Maria Carmela Fenech u Antonia MicallefShannon Mak u Lourdes Agius, dalgħodu dwew fit-toroq tal-Belt Valletta, fi protesta organizzata minn Women’s Rights Foundation.

Mijiet ta’ persuni ltaqgħu dalgħodu bil-għan li jwasslu l-messaġġ kontra l-femiċidju.Waqt il-protesta, kien hemm min kellu f’idu l-ismijiet tal-vittmi ta’ vjolenza domestika miktuba fuq kartelluni filwaqt li bdew jgħajtu “lanqas waħda oħra”. Kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat, kif ukoll il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca attendew għal din il-protesta.

Il-ġimgħa li għaddiet, omm ta’ sitt itfal instabet mejta meta allegatament inqatlet mir-raġel tagħha stess. Dan kien ir-raba’ każ ta’ femiċidju f’inqas minn erba’ xhur. Fi stqarrija, emPOWer sostniet li l-ebda mara ma għandha tgħix fil-biża’ li tinqatel minn raġel abbażi tal-ġeneru. emPOWer hija pjattaforma ta’ 17-il organizzazzjoni tan-nisa li ngħaqdu mill-President ta’ Malta.

Il-Fundatriċi tal-Women’s Rights Foundation, Lara dimitrijevic irringrazzjat lil dawk kollha li attendew il-protesta.