“L-istejjer jgħinuna nifhmu li aħna parti minn storja ikbar” – il-Papa

REUTERS

Read in English.

Il-Papa Franġisku qal li l-istejjer kostruttivi jgħinuna nifhmu li aħna parti minn storja li hija ikbar minna.

Il-Ħadd, fit-talba tar-Regina Coeli, il-Papa Franġisku tkellem dwar il-messaġġ li ħejja għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni li kien iddeddikat għat-tema tan-narrazzjoni.

Huwa talab biex din l-attività tgħin lill-bnedmin jgħidu stejjer li jwassluna biex inħarsu lejn il-futur bit-tama jekk aħna nħobbu lil xulxin bħal aħwa.

Biex ifakkar din l-okkażjoni, il-Prefett għad-Dekasteru tal-Komunikazzjoni Dr Paolo Ruffini, ħareġ messaġġ awdjoviżiv li fih jirrifletti fuq il-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni.

Dr Ruffini jgħid li ċ-ċavetta għall-messaġġ hija dik li l-bnedmin jaqsmu l-esperjenzi tagħhom biex b’hekk jirnexxielhom jibnu storja ġdida ta’ fidwa.

Dwar it-tqarbin, il-Prefett qal li l-esperjenza reċenti ta’ iżolament u distanza soċjali minħabba l-Covid-19 għallmitna niskopru mill-ġdid li Alla jorbotna flimkien permezz ta’ komunjoni aktar profonda. Spjega li kollox jista’ jiġi ridott għal lista ta’ fatti mingħajr storja li tgħaqqadhom flimkien.

Huwa spjega wkoll li meta tiltaqa’ ma xi ħadd hija l-bażi ta’ komunikazzjoni b’saħħitha. Huwa qal li rridu niskopri modi ta’ kif nużaw l-internet biex inkomplu nsostnu r-relazzjonijiet ta’ bejnietna filwaqt li tissaħħaħ ukoll dik li tissejjaħ “economy of sharing”. Dr Ruffini jgħid li biex din il-viżjoni tirnexxi, il-popli kollha jridu jkunu nkoraġġiti li jipparteiċpaw billi joffru ħinhom, it-talenti tagħhom flimkien mal-flus u t-talb.