L-istejġ f’San Pawl il-Baħar jilħaq il-kriterji t’aċċessibilità

L-istejġ ‘kontroversjali’ mqiegħed f’San Pawl il-Baħar tħalla kif inhu b’mod temporanju għaliex “l-istrutturi li ġew installati jilħqu l-kriterji t’aċċessibilità” kif mitlub fil-politika ta’ Transport Malta.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal dan fi tweġiba għal Mistoqsijiet Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar filwaqt li speċifika li l-awtorità qed tfittex soluzzjoni permanenti li tiġi diskussa mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Qal ukoll li perit imqabbad minn Transport Malta għamel investigazzjoni fuq “l-istrutturi”. Speċifika li d-distanza bejn il-ħajt u t-tarf tal-kanen li tqiegħdu, taqbeż id-distanza minima kif mitlub mill-politika ta’ Transport Malta, u għalhekk m’hemm l-ebda xkiel għal persuni b’pushchairs jew b’siġġu tar-roti.