​L-Istejdjum Nazzjonali Malti ntlaqa’ ferm tajjeb

B’sodisfazzjon il-ġurnalisti Taljani kellhom kliem ta’ tifħir dwar l-Istedjum Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Dawn il-kummenti pożittivi intqalu mill-korispondenti Taljani f’Malta aktar kmieni waranofsinhar fuq stazzjon televiżiv Taljan.
Intqal li l-Istejdjum Nazzjonali huwa ferm aqwa minn ċerti stejdja fl-Italja stess.
Intant fuq nota inqas formali, il-ġurnalisti Taljani lagħbu logħba ta’ ħbiberija ma’ wħud mill-ġurnalisti Maltin aktar kmieni dalgħodu, fil-grawnd tal-Pietà.
Il-logħba ntemmet fi dro ta’ 7-7, fejn għall-Malta Rodney Vassallo skurja erba’ gowls, doppjetta ta’ Konrad Sultana u gowl ta’ Alfred Attard.
Ta’ min isemmi fost il-ġurnalisti Taljani fil-grawnd, Bruno Gentili li ddebbutta fuq ir-radju mar-RAI fl-1978 u Simone Malagutti tal-Mediaset.