L-istatwa ta’ Santa Marija tagħlaq 62 sena fil-Katidral

Is-Soċjetà Filarmonioka Leone, flimkien mal-parroċċa tal-Katidral tar-Rabat Għawdex, iċċelebrat 62 sena minn meta l-istess soċjetà rregalat l-istatwa ta’ Santa Marija lill-Parroċċa tal-Katidral.
Il-Katidral laqa’ mijiet ta’ parruċċani biex jerġgħu jgħixu il-mument meta seħħet l-għotja tal-istatwa.
F’quddiesa immexxija mill-Arċipriet Mons Joseph Sultana, il-Banda Ċittadina Leone, l-Arċipriet fakkar fil-ħidma ta’ dawk li għamlu ħilithom biex iwasslu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-Katidral. 
Fl-aħħar ta’ din il-quddiesa, tfal poġġew il-fjuri u x-xemgħat tagħom f’ riġlejn ix-xbieha ta’ Santa Marija, flimkien mal-President u s-Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Leone li wasslu wkoll żewġ bukketti.
L-Aurora Youth Choir u l-Banda Leone animaw din iċ-ċelebrazzjoni.