L-istatwa ta’ Messi għal darb’oħra vvandalizzata

L-istatwa ta’ Lionel Messi li hemm fil-belt Arġentina ta’ Buenos Aires ġiet ivvandalizzata għat-tieni darba f’temp ta’ 11-il xahar.
Din id-darba, l-allegati vandali kisru saqajn l-istatwa bil-kumplament tagħha mxerred ‘l hemm u ‘l hawn.
F’Jannar l-istess statwa tal-istilla Arġentina tkissret din id-darba min-naħa tar-ras u s-sider.
Il-pulizija fil-belt kapitali Arġentina qed jinvestigaw dan il-każ u s’issa xejn għadu ma ġiex żvelat.
Messi kien determinanti x-xahar illi għadda meta bil-hat-trick tiegħu wassal lill-Arġentina sal-finali tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa kontra l-Ekwador.