L-istatwa ta’ Ibrahimovic isserata mis-saqajn

Il-vandali waqqgħu l-istatwa tal-eks attakkant Svediż Zlatan Ibrahimovic. Il-vandali sserraw l-istatwi mis-saqajn.

L-istatwa li qegħda barra l-grawnd ta’ Malmo fl-Isvezja kienet diġà waqgħat taħt il-mira tal-vandali. Ftit tal-ġimgħat ilu kienu qalgħulu mnieħru wara li sar magħruf li Ibrahimovic investa fi klabb rivali.

Il-ħsara ndunaw biha kmieni filgħodu l-bieraħ, u ħdejn l-istatwa kien hemm miktub “ħuduħ ‘l hemm” miktuba bl-Isvediż. Ibrahimovic li għandu 38 sena għamel id-debutt professjonali tiegħu f’Malmo 20 sena ilu.

Wiċċ l-istatwa għattewha wkoll bi flokk tal-futbol bl-arma tal-Isvezja.