L-istatwa ta’ Ibrahimovic fil-mira tal-vandali

Xi vandali qatgħu barra imnieħer l-istatwa ta’ Zlatan Ibrahimovic li tinsab barra l-grawnd ta’ Malmo fl-Iżvezja.

Dan hu l-aħħar att vandalu li sar mindu sar magħruf li Ibrahimovic investa fi klabb rivali x-xahar li għadda. L-eks attakkant tal-Iżvezja, Ibrahimovic li għandu 38 sena, għamel id-debutt professjonali tiegħu f’Malmo 20 sena ilu.

L-artist tal-istatwa Peter Linde appella lin-nies biex jieqfu jivvandalizzaw l-istatwa.

Nhar is-27 ta’ Novemru sar magħruf li Ibrahimovic xtara 25% tal-ismha ta’ Hammarby, li spiċċaw fit-tielet post fil-kampjonat Żvediż. Fl-istess ġurnata li kien żvelat dan, l-istatwa tal-bronż spiċċat miżbugħa, imqabbda u poġġewlha sedil fuq waħda mill-idejn. Id-dar ta’ Ibrahimovic ukoll kienet vandalizzata bil-kelma ‘Ġuda’ miżbugħa fuq il-bieb ta’ barra.