L-Istati Uniti u l-Messiku b’ħidma kontra d-droga

Reuters

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti u l-Messiku se jibdew ħidma konġunta minn tim ibbażat f’Chicago li se jkun inkarigat milli jsib il-persuni li jmexxu jew jiffinanzjaw organizzazzjonijiet kriminali tat-traffikar tad-droga.

Dan il-pass ġie fi żmien fejn hemm problemi bir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll erba’ xhur qabel mal-President il-ġdid għall-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador jibda t-terminu tiegħu.

Lopez Obrador wiegħed li se jkun qed jaħdem bis-sħiħ dwar it-traffikar tad-droga fil-Messiku u li ried ifassal regoli ġodda li jissuġġerixxu paċi negozjata u amnestiji biex jipprova jnaqqas il-vjolenza. Hu kien qal ukoll li ried jibni mill-ġdid ir-relazzjoni tal-pajjiż mal-Istati Uniti li ħadet daqqa ta’ ħarta minn meta Donald Trump beda l-presidenza tiegħu.