L-Istati Uniti u l-Indja jiffirmaw trattat dwar l-ispazju

L-aġenziji tal-ispazju tal-Indja u l-Istati Uniti iffirmaw trattat li jitratta l-koperazzjoni ta’ Mars u d-Dinja fil-futur.
Iż-żewġ nazzjonijiet poġġew satelliti li jduru madwar Mars u qed jippjanaw biex ipoġġu wkoll joint radar spacecraft biex fl-2020 jistudjaw f’iktar dettal id-Dinja.
It-trattat li ffirmaw Nasa u l-Organizzazzjoni għar-Riċerka tal-Ispazju Indjan se jeżamina wkoll opportunitajiet oħra.
Dan it-trattat kien iffirmt miż-żewġ aġenziji fil-65 Kungress Internazzjonali tal-Astronawti li sar f’Toronto.