L-Istati Uniti u l-Ġermanja jaqblu li għandhom jibqgħu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja

Il-mexxejja tal-Istati Uniti u l-Ġermanja qablu li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja għandhom jibqgħu, sakemm il-pajjiż jimplimenta l-ftehim biex jieqaf il-ġlied fl-Ukraina.
Il-President Amerikan Barack Obama u l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel kellhom taħdidiet hekk kif beda s-summit tal-G7 fin-nofsinhar tal-Ġermanja.
Hekk kif wasal fl-Alpi tal-Bavarja, Obama qal li l-mexxejja tal-G7 se jiddiskutu kif se jaħdmu kontra l-aggressjoni Russa fl-Ukraina.
Ir-Russja ġiet eskluża minn dak li qabel kien jissejjaħ il-G8, wara li ngħaqdet mal-Krimea s-sena li għaddiet.