L-Istati Uniti twissi kontra l-ivvjaġġar lejn Malta

Read in English.

Iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (CDC) wissa’ kontra l-ivvjaġġar internazzjonali mhux essenzjali lejn Malta. L-istitut għas-saħħa pubblika fl-Istati Uniti wissa’ wkoll biex dawk il-persuni vulnerabbli li għandhom riskju għoli biex jipposponu l-ivvjaġġar kollu lejn Malta inkluż dak essenzjali.

Dan l-avviż f’Livell 3 ta’ riskju għoli mill-Covid-19 f’Malta ġie ppubblikat illum fuq is-sit tal-istitut tal-Gvern Amerikan.

Intqal ukoll li jekk wieħed ikun marid f’Malta u jrid l-assistenza medika, r-riżorsi tas-saħħa jistgħu jkunu limitati. Is-CDC appella wkoll biex wieħed jiċċekkja dwar l-ittestjar u l-kwarantina mal-Ministeru għas-Saħħa f’Malta jew mad-Dipartiment tal-Istat Amerikan.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 20 każ ġdid ta’ coronavirus b’erba’ każijiet huma ta’ tfal. It-total ta’ każijiet attivi f’Malta tela’ għal 267 każ.