Read in English.
Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li mill-Ġimgħa filgħaxija, l-ivvjaġġar kollu minn u lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu se jieqfu.
Dan fi sforz li l-Istati Uniti tipprova ssib tarf il-coronavirus.
Din l-ordni ma tgħoddx għat-titjiriet mir-Renju Unit.
Trump ċanfar lill-Unjoni Ewropea li kaxkret saqajha fil-ġlieda kontra l-Coronavirus u qal li għalhekk dan il-pass kien meħtieġ.
Skont l-aħħar ċifri fl-Istati Uniti kien hemm 1,135 każ konfermat u 38 mewt. F’diskors lin-nazzjon li xxandar fuq it-televiżjoni, Trump qal li din l-ordni għalissa kienet se tkun effettiva għal 30 ġurnata min-nofs il-lejl tal-Ġimgha.
L-ordni tgħodd għal kull min kien fil-pajjiżi taż-żona Schengen f’dawn l-aħħar ġimagħtejn.
Trump ħabbar dan ftit wara li l-Italja ħabbret aktar miżuri iebsa biex tipprova ssib tarf il-frixa tal-Coronavirus fil-pajjiż fosthom li l-ħwienet kollha issa se jkollhom jagħlaq u ħlief dawk tal-ikel u l-ispiżeriji.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.