L-Istati Uniti tniedi żewġ attakki mill-ajru kontra l-Iraq

L-Istati Uniti nediet żewġ attakki mill-ajru kontra militant tal-Grupp Iżlamiku fit-tramuntana tal-Iraq. Il-Pentagon ikkonferma li ġettijiet Amerikani attakkaw il-belt tal-Kurdi Irbil. Dan hekk kif il-grupp tas-Sunni Musulmani ħa l-kontroll ta’ partijiet mill-Iraq u s-Sirja.
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni li jifformaw parti minn gruppi minoritarji, kellhom jaħarbu djarhom minħabba l-militanti.
Permezz ta’ dawn l-attakki mill-ajru, din hija l-ewwel darba li l-Istati Uniti hija nvoluta direttament f’operazzjoni militari fl-Iraq mindu s-suldati Amerikani kienu ħallew il-pajjiż tliet snin ilu.