L-Istati Uniti tnaqqas l-għajnuna umanitarja lin-Nazzjonijiet Uniti

L-Istati Uniti ħabbret li se tirtira l-għajnuna finanzjarja għall-fond tal-popolazzjoni għan-Nazzjonijiet Uniti.
Dan il-fond jindirizza l-ippjanar tal-familji f’aktar minn 150 pajjiż.
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li hu lest jissaportja u jipparteċipa fl-immaniġjar ta’ programmi ta’ abbort u sterilizzazzjoni involontarja.
Din hi l-ewwel mill-wegħdiet tal-amministrazzjoni tal-President Donald Trump li kien qal li se jnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Istati Uniti lin-Nazzjonijiet Uniti.
Fi stqarrija n-Nazzjonijiet Uniti qalu li filwaqt li jiddispjaċihom li ttieħdet din id-deċiżjoni, l-Istati Uniti ma kisret l-ebda liġi.

L-Istati Uniti b’kollox se tkun qed tirtira madwar €25 miljun.