L-Istati Uniti tista’ timponi sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja

Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti vvutat favur li timponi sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja, minkejja li l-President Donald Trump iddikjara li ma jaqbilx.
Uffiċjali għolja Russi se jkunu fil-mira ta’ dawn is-sanzjonijiet fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li r-Russja ndaħlet fl-Elezzjoni Presidenzjali li fiha kien elett Donald Trump.
Din il-liġi mistenni tagħmilha aktar diffiċli għall-President Trump li kemm-il darba iddikjara li jrid itejjeb ir-relazzjoni tal-Istati Uniti mal-Amerika.
Issa jmiss li din il-liġi tgħaddi mis-Senat qabel ma’ tasal għand il-President biex dan jiffirmaha.
Il-White House qalet li qed tistudja sew din il-liġi u għadu mhux magħruf jekk Trump hux se juża d-dritt kostituzzjonali li ma jaċċettahiex.
Ir-relazzjoni tar-Russja ma’ Trump kienet fuq nett tal-attenzjoni tul l-ewwel sitt xhur tal-Presidenza tiegħu.
Trump u anke r-Russja dejjem ċaħdu kull allegazzjoni dwar l-indħil tal-Kremlin fl-Elezzjoni Presidenzjali.