L-Istati Uniti tispara 59 missila lejn is-Sirja

Il-forzi militari tal-Istati Uniti sparaw 59 missila lejn bażi tal-ajru Sirjana minn żewġ destroyers tan-navy stazzjonati fin-naħa Lvantija tal-Mediterran.
Dan l-attakk ġie ordnat mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, bi tweġiba għall-attakk b’armi kimiċi li seħħ nhar it-Tlieta li għaddew f’Idlib, u li ħalla għexieren ta’ mejtin, fosthom ħafna tfal.
Il-bażi tsal-ajru mira ta’ dawn il-missili hi f’idejn il-President Sirjan, Bashar al-Assad. Il-midja Amerikana kkonfermat li l-inħawi eżatti fil-mira kienu l-mitjar ta’ Shayrat, qrib Homs.
F’indirizz televiżiv ta’ lbeiraħ, Trump sejjaħ lill-popli ċċivilizzati kollha ssbiex jingħaqdu u jgħinu sabiex il-kunflitt fis-Sirja jieqaf darba għal dejjem. Il-president kien minn tal-ewwel li pponta sebgħu lejn is-Sirja wara l-attakk tat-Tlieta.
Sadanittant, il-Gvernatur ta’ Homs fis-Sirja rrimarka li l-attakk tat-Tlieta qed jaqdi sewwa lil gruppi terroristiċi bħall-ISIS, kif ukoll lill-Iżrael.
Huwa kompla billi qal li l-bażi tal-ajru milquta mill-missili ta’ Trump kienet qed tgħin lill-Gvern Sirjan jiġġieled lill-ISIS.
Ritratt: Missila tiġi sparata lejn il-bażi tal-ajru ta' Shayrat fis-Sirja