L-Istati Uniti tillimita l-ivvjaġġar mill-Brażil minħabba l-coronavirus

FILE PHOTO: REUTERS/Amanda Perobelli

Read in English.

Nhar il-Ħadd il-White House ħabbret li se tipprojbixxi d-dħul ta’ barranin fl-Istati Uniti jekk dawn ikunu żaru l-Brażil fil-ġimagħtejn ta’ qabel, jumejn wara li l-pajjiż fl-Amerka t’Isfel sar it-tieni pajjiż fid-dinja bl-akbar għadd ta’ każijiet ta’ infezzjoni bil-coronavirus.

Kayleigh McEnany, is-Segretarju għall-Istampa tal-White House, qalet li r-restrizzjonijiet il-ġodda kienu se jgħinu biex jiġi żgurat li persuni barranin ma jdaħħlux aktar infezzjonijiet fl-Istati Uniti, imma dan ma kienx se japplika għall-fluss ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.