L-Istati Uniti b’koalizzjoni kontra attakki mill-Iran

FILE PHOTO: U.S. Secretary of State Mike Pompeo steps off his plane upon arrival at King Abdulaziz International Airport in Jeddah, Saudi Arabia, September 18, 2019. Mandel Ngan/Pool via REUTERS

L-Istati Uniti ħabbru li bdew jibnu koalizzjoni sabiex ikunu jistgħu jnaffru attakki mill-Iran. Dan qed iseħħ wara l-attakki fi tmiem il-ġimgħa fuq siti ta’ produzzjoni taż-żejt fl-Arabja Sawdija.

L-Iran wissa’ lill-President Amerikan Donald Trump kontra xi tip ta’ azzjoni li b’xi mod iddaħħal lill-pajjiż f’konflitt fil-Lvant Nofsani jew il-golf Għarbi. Minkejja dan, l-Iran tenna li lest għal kull tip ta’ gwerra li jista’ jkun hemm.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li minn naħa tiegħu Trump, jixtieq soluzzjoni paċifika għall-kriżi, minkejja li l-Amerika ordnat iktar sanzjonijiet kontra l-Iran.

Pompeo kien qed jitkellem fi tmiem laqgħat li kellu fl-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-attakk ta’ tmiem il-ġimgħa.