L-Istati Uniti tibgħat l-armi u bastiment ieħor fil-Golf Persjan

USS Abraham Lincoln Dan Snow/U.S. Navy/Handout via REUTERS

Hekk kif reġgħet qed teskala t-tensjoni mal-Iran, l-Istati Uniti se tibgħat sistema ta’ difiża bil-missili abbor bastiment militari fil-Lvant Nofsani.

Uffiċjali ġew ikkwotati jgħidu li l-bastiment USS Arlington li jitrasporta vetturi u ajruplani military se jkun qed jingħaqad mal-USS Abraham Lincoln fil-Golf Persjan. Uffiċjali mill-Pentagon qalu wkoll li diversi ajruplani militari tat-tip B-52 diġà waslu fil-bażi tal-Qatar. Qalu li l-mossa ġiet b’risposta għat-theddid li l-Istati Uniti setgħet tkun il-mira ta’ attakki koordinati fir-reġjun tal-Iran.

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar in-natura tat-theddida li l-Iran ċaħad u qal li ma tagħmilx sens filwaqt li ddeskriva l-att mill-Istati Uniti bħala gwerra psikoloġika immirata li tintimida lill-pajjiż.