L-Istati Uniti terġa’ takkuża liċ-Ċina b’serq t’informazzjoni għat-tieni darba

Hackers b’konnessjonijiet suspettużi maċ-Ċina jidher li għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar uffiċjali tal-militar Amerikan.
Id-dettalji dwar dan il-hack ħarġu l-ġimgħa li għaddiet imma uffiċjali qalu li s-sistema tal-informazzjoni ta’ uffiċjali Amerikani kienet aċċessata għat-tieni darba mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-biża’ bħalissa hi li din l-informazzjoni sensittiva tista’ twassal biex uffiċjali tas-sigurtà Amerikana kif ukoll il-familji tagħhom jiġu mhedda.
Id-dokumenti jinkludu informazzjoni sensittiva, mill-kulur tal-għajnejn sas-sitwazzjoni finanzjarja u bankarja tal-individwi.